Fratellanza Tal-Beata` Verġni Ta' Lourdes - Qrendi

A.D. 1878

 

 Daħla  Storja   Il-Parroċċa   Il-Qrendi   Fuljett Mariapolis   Kuntatti   Links

            

Attivitajiet Tal-Fratellanza

                                               

Ġemellaġġ bejn il-Fratellanza tal-Beata` Verġni ta' Lourdes u l-Confraternita dell SS Crocifisso ta' Monreale Sqallija Bejn il-Ħadd 29 ta' April sal-Ġimgħa 4 ta' Mejju 2012.

Il-Fratellanza għat-tieni sena konsekuttiva se torganizza Ġemellaġġ Internazzjonali mal-Confraternita dell SS Crocifisso. Il-Festa tas-SS Crocifisso li tiġi iċċelebrata bejn l-1 u t-3 ta' Mejju, hija waħda mill-festi ewlenin fi Sqallija. Din il-Festa hija devozzjonali ħafna u mzejna b' karateristiċi kulturali u tradizzjonali sbieħ ħafna.

Kuljum fis-6:00 p.m. nieħdu sehem fil-Quddiesa tal-Festa kif ukoll fil-Vestizzjoni tal-Fratelli. Nhar il-Festa, il-Ħamis 3 ta' Mejju 2012, nieħdu sehem bħala Fratelli fil-Quddiesa Solenni ta' nhar il-Festa, fejn qabel il-Quddiesa ssir purċissjoni mill-Kappella tal-Confraternita dell SS Crocifisso għal għand is-Sindku, l-Isqof  u wara għall-Kolleġġata fejn hemm is-Salib Mirakoluz. Filgħaxija nieħdu sehem fil-purċissjoni solenni .

Minbarra ċ-ċelebrazzjonijiet reliġjuzi, inzuru Palermo, Monte Pellegrino, Mondello, Segesta, Erice u l-Kattidral ta' Monreale.

Kull minn jixtieq aktar informazzjoni jkellem mill-aktar fis possibli lil Kenneth Farrugia fuq in-numru 99229682 jew lil Colin Azzopardi fuq in-numri 99878270.

 

 

 

 

 

 

 

 

    

Fratellanza tal-Beata` Verġni ta' Lourdes | Dar il-Komunita` | Triq il-Parroċċa | Il-Qrendi QRD 1020 | Malta

www.lourdesconfraternityqrendi.org | lourdesconfraternityqrendi@gmail.com

Fittixna fuq

Fratellanza tal-Beata` Verġni ta' Lourdes © 2012